20-Jan-2018
Il-Banda Imperial ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ftuħ Uffiċjali tal-“Valletta 2018” li saru biex jimmarkaw l-avveniment storiku fejn il-Belt Valletta ħadet it-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropeja tal-Kultura. Il-Banda Imperial daqqet marċi fi Triq Ġilormu Cassar fil-Belt Valletta bħala massed-band ma’ żewġ baned oħra, il-Banda L’Isle Adam tar-Rabat (Malta) u l-Banda Beland taż-Żejtun.
Ritratti / Photos